L-ikel

In-nanomaterjali u n-nanoteknoloġija għandhom il-potenzjal li jrendu bosta benefiċċji għas-settur tal-ikel. Dawn jistgħu jintużaw biex joħolqu mballaġġ eħfef, aktar b’saħħtu u aktar durabbli, b’hekk jgħinuna biex inżommu l-ikel tagħna frisk għal żmien itwal u nnaqqsu l-iskart. Barra minn hekk, in-nanomaterjali jistgħu jintużaw biex itejbu t-togħma, l-aroma u d-disponibbiltà tan-nutrijenti fl-ikel li nieklu.

Bl-użu miżjud tan-nanomaterjali u n-nanoteknoloġija fl-industrija tal-ikel, x’inhuma l-benefiċċji ewlenin u hemm raġunijiet għalfejn wieħed għandu jkun imħasseb? Agħti ħarsa lejn ix-xogħol li diġà sar mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li ppubblikat opinjoni u gwida għall-valutazzjoni tar-riskju tan-nanoteknoloġiji fil-katina tal-ikel u tal-għalf.