Gwida u għodod għall-ħaddiema

Il-manifattura u l-użu ta’ numru li qed jiżdied ta’ nanomaterjali qed jiġu aġġornati minn ambjenti tal-laboratorju għal dawk industrijali u b’hekk qed jiżdied il-potenzjal għal esponiment għan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol. Ix-xjenza u l-prattika tal-kejl u tal-valutazzjoni tal-esponiment għall-ħaddiem għan-nanomaterjali qed jevolvu b’mod rapidu. Għalkemm għad hemm inċertezzi xjentifiċi dwar il-valutazzjoni tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol, l-UE diġà żviluppat gwida u standards ta’ sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
 

Gwida

 

Guidance on the protection of the health and safety of workers from the potential risks related to nanomaterials at work (Gwida dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji potenzjali relatati man-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol)Guidance on the protection of the health and safety of workers from the potential risks related to nanomaterials at work (Gwida dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji potenzjali relatati man-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol)

Il-gwida tistabbilixxi valutazzjoni tar-riskju ta’ seba’ passi u approċċ ta’ mmaniġġjar tar-riskji b’pariri għall-impjegaturi, ħaddiema u professjonisti tas-saħħa u s-sigurtà sabiex jiġi żgurat li d-direttivi Ewropej differenti fil-qasam tan-nanomaterjali u tan-nanoteknoloġija jiġu applikati b’mod korrett fuq il-post tax-xogħol. Il-gwida fiha anness li jelenka gwida dwar in-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol maħruġa minn Stati Membri individwali bil-lingwi rispettivi tagħhom.
 

 

Working safely with manufactured nanomaterials: guidance for workers (Ħidma b’mod sigur b’nanomaterjali manifatturati: gwida għall-ħaddiema)Working safely with manufactured nanomaterials: guidance for workers (Ħidma b’mod sigur b’nanomaterjali manifatturati: gwida għall-ħaddiema)

Il-gwida tagħti informazzjoni utli lill-ħaddiema li jistgħu jiġu esposti għan-nanomaterjali, inkluż:

  • informazzjoni ssimplifikata dwar ir-riskji potenzjali tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol;
  • kif il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għan-nanomaterjali;
  • ġerarkija ta’ mmaniġġjar tar-riskji u għażliet ta’ kontroll; u
  • eżempji ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji għan-nanomaterjali.
     

Għodod

EU-OSHA: E-fact 72 (Fatt elettroniku 72): Tools for the management of nanomaterials in the workplace and prevention measures (Għodod għall-immaniġġjar tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol u miżuri ta' prevenzjoni)Diġà hemm numru ta’ għodod li jistgħu jgħinu fil-valutazzjoni tar-riskju u fl-immaniġġjar tar-riskji tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol. Dawn l-għodod jgħinu biex jiġu indirizzati inċertezzi u limitazzjonijiet maħluqa min-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-perikli tan-nanomaterjali. Xi wħud mill-għodod huma bbażati fuq il-web u interattivi filwaqt li oħrajn huma inklużi fid-dokumenti tal-gwida jew f’pubblikazzjonijiet oħra.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ippubblikat fatt elettroniku qasir li jiddeskrivi l-għodod disponibbli u jiddiskuti l-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tagħhom.