Merħba għall-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea

Photo of a cyclist

Hawn tista’ ssib informazzjoni dwar nanomaterjali eżistenti fis-suq tal-UE. Sew jekk int qed tiżviluppa politiki fil-qasam, int konsumatur jew tirrappreżenta industrija jew NGO ekoloġika, l-informazzjoni dwar l-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON, European Union Observatory for Nanomaterials) toffri qari interessanti dwar is-sigurtà, l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-użi tan-nanomaterjali.

X'inhuma n-nanomaterjali? Dawn huma partikoli li tant huma żgħar li nistgħu narawhom biss billi nużaw mikroskopju. U n-nanomaterjali jinsabu kullimkien. Dawn qegħdin fin-natura nnifisha, jinġarru faċilment mir-riħ bħala pereżempju polline jew ramel. Iżda dawn jinsabu preżenti dejjem aktar ukoll fil-ħajja tagħna ta’ kuljum permezz ta’ prodotti tal-konsumaturi. Il-fatt li huma żgħar xi kultant ifisser li dawn iġibu ruħhom ukoll b’mod differenti meta mqabbel mal-istess sustanza f’daqsijiet ikbar, li jista’ jinfluwenza r-riskju potenzjali.

L-EUON huwa inizjattiva ġdida u ffinanzjata mill-Kummissjoni tal-UE. Din se tikber maż-żmien li ġej hekk kif nespandu aktar il-kontenut tal-pjattaforma. Int, bħala qarrej, se jkollok rwol importanti x’taqdi f’dan peress li aħna nistgħu niksbu l-għan ambizzjuż tagħna li nżidu t-trasparenza tan-nanomaterjali fis-suq tal-UE biss billi niżguraw li jiġu kkunsidrati l-perspettivi kollha. L-EUON huwa ospitat u jinżamm mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

 

 

Events