Attivitajiet internazzjonali

Ir-riskji potenzjali tan-nanomaterjali ilhom fuq l-aġenda għal diskussjonijiet internazzjonali għal aktar minn deċennju. Fl-istess ħin, il-benefiċċji għas-soċjetà mis-soluzzjonijiet ipprovduti min-nanoteknoloġija kienu ta’ interess kemm għar-riċerkaturi kif ukoll għal dawk li jfasslu l-politika.

Id-dibattitu globali dwar is-sigurtà tan-nanomaterjali qed isir f’diversi fora internazzjonali: l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u n-Nazzjonijiet Uniti (NU), kollha qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ għarfien dwar dawn il-materjali.

Il-fokus ewlieni huwa dwar kif in-nanomaterjali jistgħu jintużaw u jiġu mmaniġġjati b’mod sigur sabiex il-benefiċċji tan-nanoteknoloġija jkunu jistgħu jiġu implimentati.