Indicators - EUON
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “ECHA”) iżżomm dan is-sit web (minn hawn ’il quddiem “is-sit web tal-ECHA”) biex ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha, u biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-mandat tagħha.
Meta persuna tuża s-sit web tal-ECHA, il-persuna (minn hawn ’il quddiem l-“Utent”) taqbel kompletament mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe terminu u kundizzjoni aktar speċifiċi applikabbli għal għodod tal-IT jew kontenut jew data oħrajn ospitati fuq jew ipprovduti permezz tas-sit web tal-ECHA.
1. Dikjarazzjoni ta᾽ ċaħda ta᾽ responsabbiltà
L-għan tal-ECHA huwa li żżomm dan is-sit web tal-ECHA u kwalunkwe informazzjoni fuq dan is-sit web tal-ECHA disponibbli, preċiżi, aġġornati u funzjonabbli. Madankollu, l-ECHA ma tagħmel l-ebda rappreżentazzjoni jew garanzija u ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għad-disponibbiltà, il-preċiżjoni, il-kontenut u/jew l-iżbalji fis-sit web tal-ECHA jew ta’ kwalunkwe kontenut tiegħu, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor b’mod espliċitu f’dan l-Avviż Legali (ara t-Taqsima 3). Dan ifisser li l-ECHA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni li tirriżulta minn, jew b’rabta ma’, id-disponibbiltà u/jew l-użu tas-sit web tal-ECHA jew ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit web, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
L-informazzjoni li tipprovdi l-ECHA fil-biċċa l-kbira tagħha hija ta᾽ natura ġenerali u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta᾽ kwalunkwe individwu jew entità partikolari. Barra minn hekk, l-informazzjoni mhijiex parir professjonali jew legali. L-ECHA ma tistax u ma tagħtix garanzija li kwalunkwe dokument li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA jirriproduċi test uffiċjalment adottat b’mod preċiż. Huwa biss it-test ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali jew l-informazzjoni mniżżla fit-Taqsima 3 li huma awtentiċi u kapaċi jipproduċu effetti legali.
Bl-istess mod, mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 3 ta’ dan l-Avviż Legali, l-informazzjoni, id-dokumenti, id-data u l-bażijiet tad-data li jsiru disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA, inkluż dawk ipprovduti minn partijiet terzi, huma pprovduti “kif inhuma” u mingħajr l-ebda garanzija ta’ kwalunkwe tip, espressa, impliċita, jew li tirriżulta minn statut, tradizzjoni, proċess ta’ negozjar, jew użu ta’ kummerċ.
2. Użu limitat tas-sit web tal-ECHA
L-Utent m’għandux jittrażmetti, minn jew permezz tas-sit web tal-ECHA, jew itella’ fuq is-sit web tal-ECHA kwalunkwe materjal li jista’ jkun illegali, dannuż, inġurjuż, offensiv jew oġġezzjonabbli bi kwalunkwe mod possibbli.
3. Informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tal-ECHA
Minbarra l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ġenerali relatata mal-attivitajiet operattivi tagħha, l-ECHA tippubblika l-verżjonijiet awtentiċi tal-listi u l-informazzjoni li ġejjin fuq is-sit web tal-ECHA:
- Il-Lista tal-Kandidati ta’ Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHC) Skont l-Artikolu 59(10) tar-Regolament ta’ REACH (KE) Nru 1907/2006 (Ir-Regolament ta’ REACH), l-ECHA hija meħtieġa tippubblika u taġġorna l-Lista tal-Kandidati ta’ SVHC fuq is-sit web tal-ECHA. Din il-Lista tal-Kandidati hija meqjusa bħala l-unika verżjoni awtentika.
- Il-lista tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (UE) Nru 528/2012 (BPR) ta’ sustanzi u fornituri rilevanti. Skont l-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 95(7) tal-BPR, l-ECHA hija meħtieġa tippubblika u taġġorna l-lista ta’ sustanzi u fornituri rilevanti fuq is-sit web tal-ECHA. Din il-lista hija meqjusa bħala l-unika verżjoni awtentika.
- Il-Pjan ta’ Azzjoni Rikorrenti Komunitarju (CoRAP). Skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament ta’ REACH, l-ECHA hija meħtieġa tippubblika u taġġorna l-lista tal-CoRAP fuq is-sit web tal-ECHA. Din il-lista hija meqjusa bħala l-unika verżjoni awtentika.
- Ċerta informazzjoni oħra, bħad-deċiżjonijiet regolatorji individwali tal-ECHA u d-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA(https://echa.europa.eu/mt/about-us/the-way-we-work/procedures-and-policies/transparency).
4. Politika li torbot
4.1. Links mis-sit web tal-ECHA għal siti web esterni
L-ECHA tipprovdi links għal ħafna istituzzjonijiet, korpi u aġenziji Ewropej kif ukoll għal siti web ta’ partijiet terzi oħrajn li huma rilevanti għall-ħidma tagħha. Il-links huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni. L-Utent għandu jkun jaf dan li ġej:
- Jekk l-Utent jaċċessa sit web ieħor permezz ta’ link li tipprovdi l-ECHA, l-Utent huwa soġġett għat-termini ta’ użu u għall-politika ta’ privatezza ta’ dak is-sit web.
- L-ECHA ma tapprova jew taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-kontenut jew għall-użu ta’ dawn is-siti web ta’ partijiet terzi.
Jekk waħda mil-links ipprovduti fuq is-sit web tal-ECHA mhux qed taħdem, l-Utent huwa mistieden javża lill-ECHA .
4.2. Links minn siti web esterni għas-sit web tal-ECHA
L-ECHA tippermetti u tħeġġeġ organizzazzjonijiet u individwi biex joħolqu links għas-sit web tal-ECHA skont il-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
- Il-links jistgħu jsiru biss għall-paġni web li jipprovdu link għal dan l-Avviż Legali (https://echa.europa.eu/web/guest/legal-notice);
- Meta jiġi aċċessat is-sit web tal-ECHA permezz ta’ link esterna, irid ikun ċar għall-utenti li qegħdin jaraw informazzjoni mis-sit web tal-ECHA u li hija bla ħlas u mhux esklussiva;
- Il-links m’għandhomx joħolqu l-impressjoni li l-ECHA tapprova jew tappoġġa l-objettivi jew il-kontenut ta’ xi prodott jew servizz, jew ta’ xi output xjentifiku jew amministrattiv tal-informazzjoni jew test li fil-kuntest tagħha/tiegħu tiġi ppubblikata link.
5. Avviż dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali
© Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, 2007-2020.
Ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni jew l-użu ulterjuri ta’ informazzjoni, dokumenti u data li jinsabu fis-sit web tal-ECHA u/jew fil-bażijiet tad-data tal-ECHA jistgħu jkunu soġġetti għall-protezzjoni skont id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet oħra, u l-użu tagħhom mingħajr ma jinkiseb permess minn qabel mid-detentur(i) tad-dritt tal-informazzjoni rispettiva, id-dokumenti u d-data jista’ jikser id-drittijiet tad-detentur(i) tad-dritt. L-ECHA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà tkun li tkun, u m’għandhiex tinżamm responsabbli, għall-ebda ksur tad-drittijiet tal-awtur jew ksur ieħor relatat ma’ informazzjoni, dokumenti u data li saru disponibbli permezz tas-sit web tal-ECHA.
Għal aktar informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali u drittijiet oħra, jekk jogħġbok ara t-Taqsimiet 5.1 u 5.2.
Xi informazzjoni fuq is-sit web tal-ECHA hija soġġetta għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet oħra ta’ partijiet terzi (ara b’mod partikolari t-Taqsima 5.1.2 hawn taħt).
5.1. L-użu tal-informazzjoni, tad-dokumenti u tad-data mis-sit web tal-ECHA
5.1.1 Materjal tal-ECHA
A) Regola ġenerali
Soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Avviż Legali, u soġġett għal limitazzjonijiet vinkolanti oħra previsti fil-liġi applikabbli, l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data magħmula disponibbli fis-sit web tal-ECHA, bl-esklużjoni ta’ materjali soġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew drittijiet oħra ta’ partijiet terzi u ta’ partijiet sħaħ jew sostanzjali ta’ bażijiet tad-data, jistgħu jitniżżlu, jiġu riprodotti, distribwiti u/jew użati, totalment jew parzjalment, għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, dment li:
- l-Utent jirrikonoxxi li l-ECHA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà u/jew obbligazzjoni għal kwalunkwe użu li jsir mill-informazzjoni, mid-dokumenti jew mid-data;
- l-Utent ma jibdilx l-integrità (it-tifsira/messaġġ(i) sottostanti) tal-informazzjoni, tad-dokumenti jew tad-data; u
- l-ECHA tkun rikonoxxuta bħala s-sors: “Sors: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, http://echa.europa.eu/”. Rikonoxximent bħal dan għandu jiġi inkluż f’kull kopja tal-materjal.
Mingħajr ma jiġi limitat xi dritt jew rimedju ieħor disponibbli għall-ECHA, il-permess mogħti hawnhekk għandu jintemm awtomatikament fil-każ li l-Utent jikser xi wieħed mit-termini ta’ dan l-Avviż Legali u, f’tali każ, l-Utent għandu jeqred immedjatament il-materjali kollha li tniżżlu u li għandu fil-pussess tiegħu.
B) Eċċezzjonijiet
Partijiet sħaħ jew sostanzjali ta’ bażijiet tad-data
Ir-regola ġenerali msemmija hawn fuq tal-permissibbiltà tat-tniżżil u l-ikkupjar ta’ informazzjoni mis-sit web tal-ECHA ma testendix għal partijiet sħaħ jew sostanzjali ta’ bażijiet tad-data (bażi tad-data għandha tinftiehem bħala kollezzjoni ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew materjali oħra rranġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwalment permezz ta’ mezzi elettroniċi jew mezzi oħra). Ir-replikazzjoni, f’parti sħiħa jew sostanzjali, tal-bażijiet tad-data tal-ECHA hija pprojbita, sakemm ma jingħatax permess bil-miktub minn qabel mill-ECHA. It-talbiet kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-ECHA permezz tal-formoli ta’ talba għal informazzjoni fuq il-paġna ta’ kuntatt tal-ECHA.
Kun af li l-kontenut tal-bażijiet tad-data jista’ jkun soġġett ukoll għal drittijiet eżistenti minn qabel ta’ partijiet terzi (ara t-Taqsima 5.1.2).
Ġbir sistematiku tad-data
Attivitajiet tal-ġbir sistematiku tad-data awtomatizzata (inkluż scraping, estrazzjoni ta’ data, u estrazzjoni u użu mill-ġdid) tal-parti sħiħa jew sostanzjali tas-sit web tal-ECHA u tal-bażijiet tad-data tal-ECHA huma pprojbiti.
Termini speċifiċi għal użi oħra jistgħu japplikaw
Barra dak li ntqal hawn fuq, jistgħu japplikaw ukoll termini u kundizzjonijiet speċifiċi għal użi oħra ta’ materjali protetti mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-ECHA jew b’mod ieħor, pereżempju traduzzjonijiet.
5.1.2 Materjal soġġett għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew drittijiet oħra ta’ partijiet terzi
Il-permess imsemmi fit-Taqsima 5.1.1 ma japplikax għal kontenut protett minn drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew drittijiet oħra ta’ partijiet terzi. Għalhekk, għal materjal soġġett għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew drittijiet oħra ta’ parti terza, l-Utent għandu jikkonforma mat-termini tal-użu assoċjati ma’ dan il-materjal jew jikseb il-permess meħtieġ għar-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni jew kwalunkwe użu ieħor mid-detentur tad-dritt. L-ECHA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà tkun xi tkun, u m’għandhiex tinżamm responsabbli, għall-ebda ksur ta’ kwalunkwe xorta ta’ dritt relatat ma’ informazzjoni, dokumenti u data li saru disponibbli permezz tas-sit web tal-ECHA.
Materjali bħal dawn jinkludu, bħala eżempju, l-Informazzjoni tas-CAS u ċerta data li tinsab fil-bażi tad-data EUCLEF:
- L-Informazzjoni tas-CAS li tinsab fis-sit web tal-ECHA hija l-proprjetà tas-Soċjetà Amerikana għas-Sustanzi Kimiċi u kwalunkwe użu jew ridistribuzzjoni, ħlief kif inhu meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji u/jew jiġu prodotti rapporti meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew minn politika amministrattiva, mhuwiex permess mingħajr il-permess minn qabel bil-miktub tas-Soċjetà Amerikana għas-Sustanzi Kimiċi.
- Ċerta data fil-bażi tad-data EUCLEF (Data ta’ EUCLEF) hija pprovduta lill-ECHA minn Verisk Europe APS. Il-bejgħ kummerċjali dirett tad-Data tal-EUCLEF huwa pprojbit. L-użu għal skopijiet mhux kummerċjali u għal konformità regolatorja huwa permess.
L-Utent huwa mfakkar ukoll li skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ REACH, is-sommarji ta’ studji robusti u sommarji ta’ studji li huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ECHA jistgħu jintużaw biss għall-iskop ta’ reġistrazzjoni jekk ir-reġistrant potenzjali jkun fil-pussess leġittimu tar-rapporti sħaħ ta’ studju korrispondenti, jew ikollu permess li jirreferi għar-rapporti sħaħ ta’ studju korrispondenti.
5.2. Trademarks tal-ECHA
It-trademarks tal-ECHA huma l-proprjetà esklussiva tagħha. L-użu tagħhom huwa pprojbit mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-ECHA. It-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-ECHA permezz tal-formoli ta’ talba għal informazzjoni fuq il-paġna ta’ kuntatt tal-ECHA.
6. Protezzjoni tad-data personali
L-ECHA hija impenjata li tirrispetta l-privatezza tal-Utent. Mingħajr preġudizzju għall-cookies (ara t-Taqsima 8 hawn taħt), l-Utent jista’ jibbrawżja s-sit web tal-ECHA mingħajr ma jagħti ebda informazzjoni personali. Madankollu, f’xi każijiet, se jkun hemm bżonn ta’ dettalji personali biex l-ECHA tkun tista’ tipprovdi e-servizzi personali, pereżempju assistenza mill-helpdesk, konsultazzjonijiet pubbliċi jew applikazzjonijiet ta’ software, f’liema każ għandhom japplikaw termini speċifiċi tal-użu.
Għall-politika tal-protezzjoni tad-data personali tal-ECHA u għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, l-Utent għandu jirreferi għall-paġna web tal-ECHA dwar il-protezzjoni tad-data personali (http://echa.europa.eu/about-us/the-way-we-work/personal-data-protection).
Għal kwalunkwe mistoqsija ġenerali li tirrigwarda l-politika tal-privatezza globali tas-sit web tal-ECHA, l-Utent jista’ jikkuntattja lill-ECHA permezz tal-formoli ta’ talba għal informazzjoni fuq il-paġna ta’ kuntatt tal-ECHA.
7. Mixxellanji
7.1. Ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Avviż Legali
In-nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Avviż Legali jista’ jkollu konsegwenzi għall-Utent, inkluż, iżda bl-ebda mod limitat għal, li l-Utent jiġi pprojbit milli jaċċessa s-sit web u l-bażijiet tad-data tal-ECHA billi jiġi bblokkjat l-indirizz IP tal-Utent.
Kull Utent jista’ wkoll jinżamm responsabbli minn kwalunkwe ħsara lis-sit web tal-ECHA jew minn kwalunkwe ħsara li tirriżulta direttament jew indirettament mill-ħsara tad-disponibbiltà jew l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-ECHA kkawżata mill-azzjonijiet tal-Utent.
7.2. Liġi applikabbli, u s-soluzzjoni tat-tilwim
It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Avviż Legali huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni, ikkomplimentati, fejn meħtieġ, mil-liġijiet tal-Finlandja. Kwalunkwe tilwim li ma jistax jiġi solvut b’mod amikevoli għandu jitressaq quddiem il-qrati tal-Finlandja.
8. Cookies fuq is-sit web tal-ECHA
Sabiex jiġi żgurat li s-sit web tal-ECHA jiffunzjona kif xieraq, xi kultant l-ECHA tpoġġi xi fajls tad-data żgħar imsejħa cookies fuq l-apparat tal-Utent.
8.1. X’inhuma cookies?
Cookie hija fajl żgħir ta’ test li jissejvja fuq il-kompjuter jew fuq it-tagħmir tal-mowbajl tal-Utent meta dan iżur is-sit web tal-ECHA. Dan jippermetti li s-sit web tal-ECHA jiftakar l-azzjonijiet kif ukoll il-preferenzi tal-Utent (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn tad-displej) fuq perjodu ta’ żmien, biex b’hekk l-Utent ma jkollux għalfejn jibqa’ jdaħħal it-tali preferenzi kull darba li jerġa’ lura fis-sit web tal-ECHA jew meta jibbrawżja minn paġna għal oħra.
8.2. L-ECHA kif tuża l-cookies fuq is-sit web tagħha?
Numru ta’ paġni mis-sit web tal-ECHA jużaw cookies biex jiftakru:
- il-preferenzi ta’ displej tal-Utent, bħall-issettjar tal-kulur ta’ kuntrast jew id-daqs tat-tipa;
- jekk l-Utent diġà weġibx għal stħarriġ pop-up, li jistaqsi jekk il-kontenut kienx ta’ għajnuna jew le (sabiex b’hekk l-Utent ma jerġax jiġi mistoqsi);
- jekk l-Utent qabilx (jew le) mal-użu ta’ cookies tal-ECHA fuq is-sit web tal-ECHA.
Aktar informazzjoni dwar il-cookies użati mis-sit web tal-ECHA u l-iskop għall-użu tagħhom hija pprovduta hawn taħt:
Isem | Skadenza | Deskrizzjoni |
---|---|---|
Identifikatur tas-Sessjoni tal-cookies |
Tmiem tas-sessjoni | L-iskop tal-Identifikatur tas-Sessjoni tal-cookies huwa biex jiġi identifikat b’mod uniku Utent assoċjat mas-sessjoni u jiġu riċevuti indikazzjonijiet li l-Utent juża b’mod attiv is-sit web tal-ECHA. L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex jiġi identifikat l-Utent b’mod personali. |
Notifika tal-Cookie | Xahar (1) | Din taħżen l-aċċettazzjoni tal-Utent dwar l-użu ta’ cookies mis-sit web tal-ECHA. In-notifika tal-cookie hija ppreżentata f’kull paġna sakemm l-Utent ma jaċċettahiex. |
Il-preferenzi tal-Utent | Sena (1) | COOKIE_SUPPORT jindika l-appoġġ tal-Utent f’dak li jirrigwarda l-cookies. GUEST_LANGUAGE_ID jindika l-preferenzi tal-lingwi tal-Utent. |
Il-cookies tal-Google Analytics | Sentejn (2) (biex l-utenti u s-sessjonijiet jiġu distinti minn xulxin) 10 minuti (għal-limitazzjoni tar-rata ta’ talba) | Is-sit web tal-ECHA juża Google Analytics, servizz analitiku fuq il-web ipprovdut minn Google, Inc. (“Google”). Google Analytics juża cookies. L-informazzjoni ġġenerata mill-cookie dwar l-użu tal-Utent tas-sit web tal-ECHA (inkluż l-indirizz IP tal-Utent) sejra tiġi trażmessa lil Google u tinħażen fuq servers fl-Istati Uniti. Google se juża din l-informazzjoni għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-użu tal-Utent tas-sit web tal-ECHA, tiswir ta’ rapporti dwar l-attività fuq is-sit web tal-ECHA għall-operaturi tas-sit web tal-ECHA u l-provvista ta’ servizzi oħrajn relatati mal-attività fuq is-sit web tal-ECHA u l-użu tal-internet. Google jista’ jittrasferixxi wkoll din l-informazzjoni lil partijiet terzi meta jkun meħtieġ jagħmel dan mil-liġi, jew meta t-tali partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f’isem Google. Google mhu sejjer jassoċja l-indirizz IP tal-Utent mal-ebda data oħra li tinsab għand Google. L-Utent jista’ jirrifjuta l-użu tal-cookies billi jagħżel l-issettjar ix-xierqa fuq il-brawżer tiegħu. Madankollu, jekk Utent jagħmel dan huwa ma jkunx jista’ juża l-funzjonalità sħiħa tas-sit web tal-ECHA. Billi juża s-sit web tal-ECHA, l-Utent jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ data dwaru minn Google bil-mod u għall-iskopijiet imsemmija aktar ’il fuq. L-Utent jista’ jiċħad l-użu ta’ cookies billi jniżżel u jinstalla l-add-on tal-brawżer Google Analytics Opt-out. Din l-add-on tikkomunika mal-JavaScript ta’ Google Analytics (ga.js) biex tindika li l-informazzjoni dwar iż-żjara fis-sit web tal-ECHA ma għandhiex tintbagħat lil Google Analytics. |
Twissija ta’ Internet Explorer | Tmiem tas-sessjoni | It-Twissija ta’ Internet Explorer tal-ECHA taħżen l-aċċettazzjoni tal-Utent dwar il-messaġġ informattiv ippreżentat meta jintuża IE 7. Il-messaġġ jinforma lill-Utent li mhux il-karatteristiċi kollha tal-portal jistgħu jaħdmu tajjeb b’IE 7 |
Dikjarazzjoni ta᾽ ċaħda ta᾽ responsabbiltà | Xahar (1) | Dan jaħżen l-aċċettazzjoni tal-Utent dwar iċ-ċaħda legali billi l-Utent jikklikkja fuq il-kaxxa ta’ kontroll rispettiva. Iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà legali hija ppreżentata fil-paġna għat-Tfittxija tas-Sustanzi Kimiċi flimkien mal-forom ta’ tfittxija kważi kollha u portlets “Ara s-Sustanza” mibdija mit-taqsima “Informazzjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi” |
AddThis cookies | 30 minuta sa sentejn (2) |
|
Li wieħed jippermetti dawn il-cookies mhuwiex strettament neċessarju biex is-sit web tal-ECHA jaħdem iżda dan se jipprovdi lill-Utent esperjenza aħjar ta’ bbrawżjar. L-Utent jista’ jħassar jew jimblokka dawn il-cookies, iżda jekk jagħmel dan, ċerti karatteristiċi tas-sit web tal-ECHA jistgħu ma jaħdmux kif suppost.
L-informazzjoni relatata mal-cookies mhijiex użata biex tidentifika lill-Utent b’mod personali u d-data ta’ mudell hija kompletament taħt il-kontroll tal-ECHA. Dawn il-cookies mhumiex użati għal skopijiet li mhumiex dawk deskritti hawnhekk.
8.3. Kif tikkontrolla cookies
L-Utent jista’ jikkontrolla u/jew iħassar cookies kif jixtieq – għad-dettalji, ara aboutcookies.org. L-Utent jista’ jħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħu u jista’ jissettja ħafna mill-brawżers b’tali mod li ma jħallihomx jitpoġġew. Jekk l-Utent jagħmel dan, madankollu, huwa jaf ikollu jaġġusta manwalment xi preferenzi kull darba li jżur sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.
Verżjoni 6 – 11/09/2020