In-nanomaterjali jintużaw f’ħafna prodotti ta’ kuljum
Fil-ħajja ta’ kuljum in-nanomaterjali jipprovdu funzjonalitajiet ġodda f’bosta prodotti. Pereżempju, batteriji u ħafna mill-prodotti elettroniċi li nużaw kuljum bħal touchsreens jiddependu min-nanomaterjali għall-prestazzjoni tagħhom.
Diversi nanomaterjali diġà ilhom jintużaw għal żmien itwal fil-kożmetiċi, fil-prodotti ta’ protezzjoni kontra x-xemx, fid-diżinfettanti, fil-kuluranti u fil-mili.
It-terminu “prodott” ħafna drabi jintuża biex ikopri kemm prodotti kimiċi (taħlitiet) kif ukoll diversi oġġetti.
Categories Display
Route: .live1