Strategic Approach to International Chemicals Management

Strategic Approach to International Chemicals Management (SAICM) logo

SAICM huwa qafas ta’ politika biex jippromwovi mmaniġġjar tajjeb ta’ sustanzi kimiċi f’livell globali. Dan huwa marbut mill-qrib mal-għanijiet li ntlaħaq ftehim dwarhom fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD, World Summit on Sustainable Development) f’Johannesburg fl-2002.

Wieħed minn dawn l-għanijiet jindirizza s-sustanzi kimiċi direttament. Dan jiddikjara: “sal-2020, is-sustanzi kimiċi kollha għandhom jiġu prodotti u jintużaw b’mod li jnaqqas ferm l-impatt negattiv tagħhom fuq il-bnedmin u l-ambjent”.

Skont is-SAICM, intlaħaq ftehim dwar “Pjan ta’ Azzjoni Globali” sabiex jipprovdi strateġija biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ WSSD. Dan il-pjan fih ukoll azzjonijiet dwar in-nanomaterjali kif ukoll, pereżempju, ċomb fiż-żebgħa, interferenti endokrinali u pestiċidi. In-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali mmanifatturati ġew identifikati mis-SAICM bħala kwistjoni ta’ politika emerġenti.