In-nanoteknoloġija hija xjenza emerġenti li mistennija li jkollha żviluppi futuri rapidi u b’saħħithom. Huwa previst li tikkontribwixxi ferm għal tkabbir ekonomiku u għal ħolqien ta’ impjiegi fl-UE fid-deċennji li ġejjin.
Skont ix-xjenzjati, in-nanoteknoloġija hija prevista li jkollha erba’ ġenerazzjonijiet distinti ta’ avvanz. Bħalissa qed nesperjenzaw l-ewwel, jew forsi t-tieni ġenerazzjoni ta’ nanomaterjali.
L-ewwel ġenerazzjoni hija dwar xjenza materjali biż-żieda ta’ karatteristiċi li jinkisbu permezz tal-inkorporazzjoni ta’ “nanostrutturi passivi”. Dan jista’ jkun fil-forma ta’ kisi u/jew tal-użu ta’ nanotubi tal-karbonju sabiex jissaħħaħ il-plastik.
It-tieni ġenerazzjoni tuża nanostrutturi attivi, pereżempju, billi tkun bijoattiva sabiex tipprovdi mediċina f’ċellola jew f’organu fil-mira speċifika/u. Dan jista’ jsir billi n-nanopartikola tinkesa bi proteini speċifiċi.
Din il-kumpessità tkompli tavvanza fit-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni. Billi tibda b’nanosistema avvanzata għal eż. nanorobotika u timxi għal nanosistema molekulari sabiex tikkontrolla t-tkabbir ta’ organi artifiċjali fir-raba’ ġenerazzjoni ta’ nanomaterjali.