Għaliex ix-xjenzjati huma interessati fin-nanomaterjali?
In-nanomaterjali huma ta’ interess kbir għaliex dawn għandhom ħafna potenzjal biex joħolqu prodotti ġodda u innovattivi f’diversi oqsma. Billi r-reazzjonijiet u l-interazzjonijiet bejn l-atomi f’nanoskala jiġu indirizzati aktar direttament, ikunu jistgħu jiġu prodotti nanomaterjali u l-karatteristiċi tagħhom ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’modi mhux tas-soltu. Pereżempju, dan jista’ jirriżulta f’mediċini, kożmetiċi, u materjali ta’ kostruzzjoni aħjar jew f'enerġija aktar ekoloġika.
Dan jista’ jkollu impatt ferm pożittiv fuq il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. Diversi xjenzjati rebħu l-premju Nobel għal xogħol relatat man-nanomaterjali, l-aħħar wieħed li kien fl-2016, meta tliet riċerkaturi Ewropej ingħataw il-premju Nobel għall-kimika għax-xogħol tagħhom fuq in-nanomaterjali.
Waqt li l-bidla fil-karatteristiċi tan-nanomaterjali ġġib funzjonijiet tekniċi aħjar, din tista’ tfisser ukoll li dawn il-materjali jistgħu jinfluwenzaw lill-bnedmin u lill-ambjent b’mod differenti meta mqabbel mas-sustanzi kimiċi li mhumiex f’nanoforma.
Ix-xjenzjati u r-regolaturi jridu jifhmu kif in-nanomaterjali jistgħu jħallu impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jekk il-modi attwali ta’ kif tiġi vvalutata s-sigurtà ta’ sustanzi kimiċi humiex applikabbli għan-nanomaterjali, jew jekk humiex meħtieġa modifikazzjonijet.
L-UE ffinanzjat bosta proġetti ta’ riċerka li għandhom l-għan kemm li tiġi żvelata l-wegħda tan-nanomaterjali, kif ukoll li jiġi żgurat li dawn il-materjali ġodda jkunu siguri għan-nies u għall-ambjent. Dan ix-xogħol isir f’kollaborazzjoni mal-industrija tal-kimika kif ukoll ma’ regolaturi madwar id-dinja.
Sal-lum, proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ambjent tan-nanomaterjali rriżultaw f’aktar minn 500 artiklu ppubblikati f’ġurnali riveduti bejn il-pari. Elenku parzjali ta’ tali pubblikazzjonijiet jista’ jinstab f’pubblikazzjonijiet miġbura dwar is-Sigurtà tan-Nano u f’paġni ta’ pubblikazzjonijet dwar ix-Xjenza Miftuħa.
More information
- European NanoSafety Cluster Compendium
- EU:
- NANoREG FP7 project - A common European approach to the regulatory testing of manufactured nanomaterials
- European Metrology Research Programme - NanoChOp
- LIFE Programme - LIFE nanoRISK
- SmartNanoTox - Smart tools for gauging nano hazards
- European Commission - EU projects and results
- USA / EU: U.S.-EU Nanotechnology Communities of Research (CORs)
- France: