-
Regolament
- Attivitajiet internazzjonali
- Skemi ta' rapportar nazzjonali
- L-attivitajiet tal-ECHA dwar in-nanomaterjali skont REACH u CLP
- Ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR) u n-nanomaterjali
- Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ta' REACH u l-metodi disponibbli
- Il-kożmetiċi
- L-ikel
- L-apparat mediku
- Il-protezzjoni tal-ħaddiem
Il-kożmetiċi
Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kożmetiċi huwa fis-seħħ sabiex jissalvagwardja s-saħħa tal-konsumatur iżda huwa wkoll il-bażi ta’ innovazzjoni Ewropea u jsaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-kożmetiċi fil-livell globali.
Il-manifatturi u l-importaturi fl-UE huma responsabbli milli jiżguraw is-sigurtà tal-prodotti tagħhom, sew jekk ikunu kożmetiċi jew xi prodott ieħor tal-konsumatur. Il-prodotti kożmetiċi kollha għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-Portal għan-Notifikazzjoni tal-Prodotti Kożmetiċi (CPNP) qabel jitqiegħdu fis-suq tal-UE. Il-preżenza ta’ nanomaterjal fi prodott kożmetiku għandha tiġi ddikjarata b’mod espliċitu fin-notifika lill-Kummissjoni Ewropea.
Bħala minimu, in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
- Identifikazzjoni tan-nanomaterjal, inkluż l-isem kimiku tiegħu u deskritturi oħra speċifikati fir-regolament.
- Speċifikazzjoni tan-nanomaterjal, inkluż id-daqs tal-partikula tiegħu u l-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tiegħu.
- Stima tal-kwantità tan-nanomaterjal li jinsab fil-prodott kożmetiku li għandu jitqiegħed fis-suq kull sena.
- Profil tossikoloġiku tan-nanomaterjal.
- Id-data ta’ sigurtà tan-nanomaterjal.
- L-informazzjoni kollha relatata mal-kundizzjonijiet ta’ esponiment previsti b’mod raġjonevoli.
Barra minn hekk, il-prodotti kożmetiċi li jkun fihom nanomaterjali oħrajn minbarra koloranti, preservattivi u filtri tal-UV u li ma jkunux ristretti b’mod ieħor mir-regolament dwar il-prodotti kożmetiċi jiġu soġġetti għal proċedura addizzjonali. Dawn jeħtieġu li ssir notifika speċifika permezz tas-CPNP sitt xhur qabel it-tqegħid fis-suq. Jekk il-Kummissjoni Ewropea jkollha tħassib dwar is-sigurtà ta’ nanomaterjal, din tista’ titlob lill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) biex iwettaq valutazzjoni tar-riskju.
Ċerti gruppi ta’ sustanzi – koloranti, preservattivi u filtri tal-UV, inkluż dawk li huma nanomaterjali – għandhom jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni Ewropea qabel l-użu tagħhom fil-prodotti kożmetiċi. Opinjoni mis-SCCS, li tirrevedi data tossikoloġika ppreżentata, tippreċedi din l-awtorizzazzjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-pubblikazzjoni ta’ katalogu tan-nanomaterjali kollha li jintużaw fil-prodotti kożmetiċi fis-suq tal-UE. Il-katalogu huwa bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-manifatturi permezz tas-CPNP.
Jekk prodott ikun fih in-nanomaterjali, dan jeħtieġ li jiġi indikat fil-lista ta’ ingredjenti billi jkollu l-kelma “nano” fil-parentesi direttament wara l-isem ta’ sustanza bħal din.
More information
- European Commission: Legislation on cosmetics
- Cosmetic Products Regulation (EC) 1223/2009
- Cosmetic Products Notification Portal (CPNP)
- Opinions of the Scientific Committee on Consumer Safety
- The SCCS Guidance on the safety assessment of nanomaterials in cosmetics
- The SCCS Guidance on the safety assessment of nanomaterials in cosmetics (2nd revision)
- Cosmetic Products Notification Portal – user manual (Article 13)
- Cosmetic Products Notification Portal – user manual (Article 16)
- Catalogue of nanomaterials in cosmetic products placed on the market (Version 2)