Sikurezza
Kif jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent in-nanomaterjali? Ma teżisti ebda tweġiba sempliċi għal din il-mistoqsija. Għalkemm ix-xjentisti kisbu bosta esperjenza fil-valutazzjoni tas-sigurtà u tat-tossiċità tas-sustanzi kimiċi b’mod ġenerali, in-nanomaterjali jibqgħu joħolqu sfidi u mistoqsijiet tekniċi u xjentifiċi addizzjonali.
Suġġett jaħraq ta’ diskussjoni fost it-tossikoloġisti huwa jekk in-nanomaterjali jurux effetti bijoloġiċi speċifiċi għan-nano fil-bnedmin u fl-ambjent li, b’mod ġenerali, ma jidhrux fis-sustanzi kimiċi.
In-nanomaterjali huma grupp divers ħafna ta’ sustanzi kimiċi. Għalhekk, huwa diffiċli li jsiru dikjarazzjonijiet ġenerali dwar in-nanomaterjali u dawn iridu jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ każ b’każ, bl-istess mod għal kwalunkwe sustanza kimika oħra.
Madankollu jistgħu jsiru xi ġeneralizzazzjonijiet. Pereżempju, il-Kumitat Xjentifiku għal Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Introdotti Reċentement tal-UE (SCENIHR, Scientific Committee for Emerging and Newly Introduced Health Risks) diġà kkonkluda fl-2006 li f’ħafna mill-każijiet, għal nanomaterjal li diġà huwa solubbli, tista’ tapplika t-tossiċità tal-forma konvenzjonali. Dan ġie kkonfermat minn kumitati/bords xjentifiċi oħra tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS, Scientific Committee on Consumer Safety), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzjia Ewropea għall-Mediċini (EMA) fl-opinjonijiet aktar riċenti tagħhom.
Sar ukoll xogħol sinifikanti fl-istudju tal-effetti possibbli għall-materjal ġenetiku fiċ-ċelloli li n-nanomaterjali jistgħu jikkawżaw inkluż il-mekkaniżmu potenzjali għal dan. Barra minn hekk, bħala riżultat tal-esperjenza li nkisbet s’issa fuq in-nanomaterjali, ix-xjentisti pproponew approċċi ġodda sabiex jiġi vvalutat ir-riskju possibbli tagħhom. Ix-xogħol jibqa’ għaddej sabiex jitjieb il-fehim tagħna ta’ kif l-aħjar nittestjaw u nivvalutaw il-perikli u r-riskji possibbli tan-nanomaterjali.
Further reading
- EUON Factsheet: Risk assessment of nanomaterials - further considerations [PDF]
- RIVM Report 2014, "Assessing health & environmental risks of nanoparticles"
- SCENIHR report 2006, "The appropriateness of existing methodologies to assess the potential risks associated with engineered and adventitious products of nanotechnologies"
- SCENIHR report 2007, "The appropriateness of the risk assessment methodology in accordance with the technical guidance documents for new and existing substances for assessing risks of nanomaterials"
- Danish EPA Report 2014, "Nanomaterials in waste - Issues and new knowledge"
- SCENIHR Report 2014, "Nanosilver: safety, health and environmental effects and role in antimicrobial resistance"
- OECD: Safety of manufactured nanomaterials
- WHO: principles and methods to assess the risk of immunotoxicity associated with exposure to nanomaterials
- Karolinska Instiutet, Institute of Environmental Medicine: Nanotoxicology: state-of-the-art and future research needs
Categories Display
Route: .live2