Karatterizzazzjoni tan-nanomaterjali
Sabiex tiġi vvalutata s-sigurtà tan-nanomaterjali, l-ewwel hemm bżonn li dawn jiġu kkaratterizzati kif xieraq. Dan jinkludi t-twettiq ta’ kejl fuq diversi karatteristiċi, bħal daqs tal-partikoli, erja tas-superfiċje, u solubbiltà tal-ilma li jistgħu jaffettwaw it-tossiċità tagħhom.
Karatterizzazzjoni bħal din hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe studju (eko)tossikoloġiku li jsir fuq l-istess materjal, jew materjal verament simili, ikunu jistgħu jitqabblu flimkien.
Barra minn hekk, l-assessuri tar-riskju ħerqana li jiksbu dan il-kejl sabiex jifhmu jekk hemmx xi tendenza għall-imġiba tan-nanomaterjali li tista’ tiġi prevista abbażi ta’ dawn il-parametri fiżikokimiċi. Pereżempju, it-tossiċià ta’ nanomaterjal speċifiku tikkorelata mad-daqs tal-partikolu tiegħu? Huwa possibbli li tiġi prevista t-tossiċità ta’ nanomaterjal abbażi ta’ parametru speċifiku, jew probabbiltà akbar ta’ kombinazzjoni ta’ parametri? U liema parametri fiżikokimiċi huma l-aktar importanti li jitkejlu?
Problema kbira b’xi riżultati ta’ riċerka bikrija dwar it-tossiċità tan-nanomaterjali kienet li n-nanomaterjali attwali li ntużaw fl-istudji ma kellhomx informazzjoni dwar il-karatterizzazzjoni xierqa (biżżejjed). Dan jagħmel l-interpretazzjoni tar-riżultati, kif ukoll it-tqabbil ta’ riżultati differenti, diffiċli. Għalhekk, jeħtieġ li jitkejjel sett minimu ta’ karatteristiċi għal kull nanomaterjal qabel isir xi studju dwar l-(eko)tossiċità.
Ix-xjentisti għamlu progress kbir f’dan il-qasam u ħafna mill-istudji ġodda dwar in-nanomaterjali jinkludu karatterizzazzjoni fiżikokimika estensiva.
EU Privacy Disclaimer
Dan is-sit web juża l-cookies biex jiżgura li jkollok l-aqwa esperjenza fuq is-siti web tagħna.