X’tip ta’ prodotti fihom in-nanomaterjali
Kisi u żebgħa Linka u toners Farmaċewtiċi Kożmetiċi, prodotti għall-kura personali Prodotti tal-lasktu Prodotti elettriċi/elettroniċi Plastik Drappijiet, tessuti u lbies Ġugarelli Tagħmir tal-isport Prodotti Bijoċidali u għall-Ħarsien tal-pjanti Ikel
Eżempji ta’ prodott jew oġġett
- Kisi fotoattiv
- Żebgħa li titnaddaf waħidha
- Żebgħa antimikrobika
- Żebgħa tal-karozzi
- Kisi trasparenti
- Linka ta’ stampar b’inkjet
- Linka tat-tatwaġġi
- Pilloli
- Suppożitorji
- Kremi
- Faxxaturi ta’ ġrieħi
- Mediċini kontra l-kanċer
- Testijiet tat-tqala
- Deodoranti
- Kremi fiżiċi li jilqgħu mix-xemx
- Irtokki (eż. blush, foundation, maskaras)
- Toothpaste
- Kremi tal-wiċċ (kontra t-tixjiħ, krema tal-għajnejn)
- Prodotti għall-kura tat-trabi (eż. krema tal-ħrieqi)
- Tajers tal-karozzi
- Skrins b’panil ċatt
- Imballaġġi antimikrobiċi tal-ikel
- Fliexken tax-xorb tal-plastik
- Wipes antimikrobiċi għat-trabi
- Wipes ta’ protezzjoni kontra l-UV
- Ilbies impermeabbli għall-ilma
- Ġugarelli tal-filpa
- Paletti tat-tennis
- Mazez tal-golf
- Oqfsa tar-roti
- Formulazzjonijiet ta’ pestiċidi
- Kandju bħala kulurant
- Gomma tal-magħad
- Addittivi għaż-żieda tat-togħm
Eżempji ta’ nanomaterjali
- Titanju tad-diossid
- Fidd
- Silika amorfa sintetika
- Ossidu tal-ħadid
- Pigmenti tal-azo
- Pigmenti tal-ftaloċjanina
- Pigmenti tal-azo
- Pigmenti tal-ftaloċjanina
- Iswed tal-karbonju
- Fidda
- Silika amorfa sintetika
- Fidda
- Lipożomi
- Deheb
- Fidda
- Diossidu tat-titanju
- Iswed tal-karbonju
- Idrossiapatit
- Silika amorfa sintetika
- Fullereni
- Ossidu taż-żingu
- Iswed tal-karbonju
- Nanotubi tal-karbonju
- Fidda
- Nitrid tat-titanju
- Fidda
- Titanju tad-diossidu
- Silika amorfa sintetika
- Ossidu tal-aluminju
- Nanotubi tal-karbonju
- Fidda
- Titanju tad-diossidu
- Nanotubi tal-karbonju
- Silika amorfa sintetika
- Ossidu tal-kalċju
- Ossidu tal-aluminju
- Titanju tad-diossidu
In-nanomaterjali jintużaw fiż-żebgħa u fil-kisi, pereżempju, biex itejbu d-durabbiltà u biex jipprovdu funzjonalitajiet ġodda, jiġifieri reżistenti għall-ilma/għat-trab, “faċli biex jitnaddaf”, reżistenza antimikrobika jew reżistenza għall-grif. Attwalment, in-nanomaterjali l-aktar rilevanti għall-industrija taż-żebgħa u tal-kisi huma titanju tad-diossidu u diossidu tas-siliċju nanoskala. It-titanju tad-diossidu nano jintuża prinċipalment fil-kisi sabiex tiġi sfruttata l-attività fotokatalittika tiegħu li tirriżulta f’superfiċji li jitnaddfu waħidhom. Iż-żieda ta’ silika amorfa sintetika tista’ ttejjeb ir-reżistenza taż-żebgħa għall-ebusija, għall-brix, għall-grif u għat-temp . Barra minn hekk, il-fidda nano, l-ossidu taż-żingu, l-ossidu tal-aluminju, id-diossidu taċ-ċerju, l-ossidu tar-ram u l-ossidu tal-manjeżju attwalment jinsabu taħt investigazzjoni għal użu futur possibbli fiż-żebgħa.
Hemm diversi raġunijiet għaliex il-linka u t-toners jista’ jkun fihom in-nanomaterjali. Il-pigmenti nfushom jista’ jkun fihom in-nanopartiċelli, u d-daqs tal-partiċelli tal-pigmenti jista’ jkollu impatt fuq il-kuluri li joħorġu fl-istampar. Il-pigmenti li jintużaw bħala parti mill-istampar b’inkjet jistgħu jużaw nanomaterjali biex jiġi evitat li jinstaddu ż-żennuni tal-istampar.
Fil-qasam farmaċewtiku, in-nanomaterjali jintużaw l-aktar bħala eċċipjenti, jiġifieri sustanzi li jservu ta’ veikolu jew mezz għal mediċina waqt li huma stess jibqgħu inattivi. Diversi pilloli, suppożitorji u kremi fihom nanomaterjali bħal silika amorfa sintetika li tintuża biex tikkontrolla l-viskożità u l-uniformità tas-sustanzi attivi. Barra minn hekk, il-partikoli tal-fidda nano ilhom jintużaw għal bosta snin bħala aġenti antibatteriċi għall-faxxi ta’ ġrieħi.
In-nanoteknoloġija wkoll għandha rwol importanti fl-industrija tal-kożmetiċi. In-nanomaterjali jistgħu jinstabu f'bosta prodotti kożmetiċi inkluż moisturizers, prodotti għall-kura tax-xagħar, make up u prodotti ta’ protezzjoni kontra x-xemx. Il-vantaġġi primarji li jintużaw in-nanopartikoli fi prodotti għall-kura personali jinkludu titjib fl-istabbiltà tal-ingredjenti kożmetiċi (eż. vitamini, aċidi grassi mhux saturati, u antiossidanti) billi dawn jiġu inkapsulati fin-nanopartikoli; protezzjoni effiċjenti tal-ġilda minn raġġi ultravjola (UV, ultraviolet) li jagħmlu l-ħsara; prodotti li jogħġbu bʼmod estetiku (eż. fi prodotti ta’ protezzjoni kontra x-xemx ta’ minerali, bl-użu ta’ partikoli iżgħar ta’ mineral attiv li jippermettilhom jiġu applikati mingħajr ma jħallu kisja bajda li tidher); l-immirar ta’ sustanza attiva lejn iċ-ċelloli mixtieqa jew l-organu mixtieq, u joffru rilaxx ikkontrollat ta’ sustanzi attivi għal effett fit-tul, know how esplorat ukoll fl-iżvilupp tal-farmaċewtiċi.
Nanomaterjali bħall-iswed tal-karbonju jintużaw biex isaħħu l-gomma fit-tajers u fi prodotti oħra tal-gomma. Għal din l-applikazzjoni jistgħu jintużaw ukoll nanomaterjali bħas-silika. Din testendi ż-żmien tal-ħżin tat-tajers u tnaqqas il-kostijiet kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-manifatturi tat-tajers.
Xi prodotti elettroniċi bħal skrins tal-kompjuters jużaw in-nanoteknoloġija sabiex inaqqsu l-piż u l-konsum tal-enerġija tagħhom. In-nanoteknoloġija tista’ twassal għal effiċjenza enerġetika għolja b’veloċitajiet operattivi ogħla. Jistgħu jintużaw ukoll għall-ħolqien ta’ ċipep tal-kompjuter u biex (jgħinu) fil-produzzjoni ta’ transisters iżgħar li jintużaw f’bordijiet ta’ ċirkwiti. In-nanoteknoloġija ntużat ukoll bħala mezz biex tiżdied il-veloċità tal-kompjuters kif ukoll il-kapaċità ta’ diski riġidi u ta’ apparat portabbli għall-ħżin. Fis-suq qed jitfaċċaw ukoll skrins ġodda tat-televiżjoni li jużaw tikek kwantum - magħrufa wkoll bħala nanokristalli semikondutturi.
L-industrija tal-plastik hija qasam li fiha n-nanoteknoloġiji jintużaw ħafna. L-iżvilupp tan-nanokomposti, jiġifieri polimeri infurzati mill-ġdid bl-użu tan-nanomaterjali, huwa wieħed mill-aktar applikazzjonijiet rilevanti fil-qasam ta’ materjali (ġodda). It-termoplastik infurzat mill-ġdid permezz tan-nanoteknoloġija jista’ jirreżisti s-sħana, huwa reżistenti għall-fjammi, jipprovdi stabbiltà u jista’ jittrażmetti l-elettriku. Pereżempju, in-nitrur tat-titanju huwa materjal iebes ħafna li jintuża fil-plastik bħal fi fliexken tal-polietilentereftalat (PET, polyethylene terephthalate) sabiex ittejjeb il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom u l-effiċjenza tal-proċessi ta’ manifattura tal-PET.
Ħafna mit-tessuti li l-aktar jintużaw illum il-ġurnata fihom in-nanomaterjali. Xi tessuti tat-trabi jistgħu jkunu miksija b’fidda nano sabiex tipprovdi protezzjoni antibatterika. Id-diossidu tat-titanju nano jipprovdi protezzjoni mill-UV fil-malji. Bosta ġkieket tal-muntanji li ma jgħaddix ilma minnhom u dvalji reżistenti għat-tbajja’ huma miksija b’silika amorfa sintetika nano. Sabiex titjieb ir-reżistenza għall-brix, it-tessuti jistgħu jinksew b’ossidu tal-aluminju nano, nanotubi tal-karbonju jew silika amorfa sintetika nano.
Ħafna ġugarelli tal-filpa (soft-toys) fihom nanomaterjali li għandhom karatteristiċi antimikrobiċi - jgħinu sabiex il-ġugarelli jibqgħu nodfa u jservu aktar fit-tul. Anke ż-żebgħa tat-tfal jista’ jkun fiha n-nanomaterjali, peress li jintużaw f’ħafna pigmenti.
Fil-prodotti tal-isport, in-nanotubi tal-karbonju huma n-nanomaterjal li l-aktar jintuża. Dawn jintużaw ħafna biex jipproduċu tagħmir eħfef iżda fl-istess ħin aktar riġidu, bħal rakketti tat-tennis, stikek tal-golf u oqfsa tar-roti.
An increasing number of active ingredients in biocidal products have been apL-għadd ta’ sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali approvati fl-UE qiegħed dejjem jiżdied. Fil-futur in-nanostrutturar ta’ xi sustanzi jista’ jġib miegħu ċerti benefiċċji għall-użu ta’ dawn il-prodotti, għalkemm il-bijoċidi li fihom in-nanomaterjali jistgħu jeħtieġu approvazzjoni u valutazzjoni tar-riskju separati. Il-prodotti bijoċidali li jużaw in-nanomaterjali għandu jkollhom in-nanomaterjal speċifiku użat indikat bil-kelma “nano” fil-lista ta’ sustanzi tagħhom.
In-nanoteknoloġija għandha wkoll applikazzjonijiet fis-settur tal-ikel. L-iżviluppi ewlenin s’issa jimmiraw li jibdlu s-sawra tal-komponenti tal-ikel, jinkapsulaw komponenti jew addittivi tal-ikel, jiżviluppaw togħmiet ġodda, jikkontrollaw ir-rilaxx tal-aromi, jiżviluppaw nanosensuri għat-traċċabbiltà u għall-monitoraġġ tal-kondizzjoni tal-ikel waqt it-trasport u l-ħżin u/jew iżidu l-bijodisponibbiltà tal-komponenti nutrittivi.
- Ikel
- Ikel
- Kisi u żebgħa
- Linka u toners
- Farmaċewtiċi
- Kożmetiċi, prodotti għall-kura personali
- Prodotti tal-lasktu
- Prodotti elettriċi/elettroniċi
- Plastik
- Drappijiet, tessuti u lbies
- Ġugarelli
- Tagħmir tal-isport
- Prodotti Bijoċidali u għall-Ħarsien tal-pjanti
- Ikel
- Ikel
- Ikel
More information
- The NANO Supermarket
- Nanowerk Nanotechnology Products and Applications
- Nanowerk Nanomaterial Database Search - Comprehensive database for nanomaterials and companies
- JRC Nanomaterials Repository
- SCENIHR Report 2009, “Risk Assessment of Products of Nanotechnologies”
- EU Commission report 2012, “STAFF WORKING PAPER Types and uses of nanomaterials, including safety aspects”
- SCENIHR Report 2007, “Safety of nanomaterials in cosmetic products”
- RIVM Report 2007, “Inventory of consumer products containing nanomaterials”
- RIVM Report 2010, “Nanomaterials in consumer products : Update of products on the European market in 2010”
- Danish EPA Report 2015, “Survey of products with nanosized pigments”