Is-saħħa tal-bniedem u n-nanomaterjali
Bħal kwalunkwe sustanza kimika oħra, xi nanomaterjali huma perikolużi u oħrajn mhumiex. Attwalment, l-iskala nano tal-partikoli ma timplikax periklu. Minflok, l-effetti potenzjali huma bbażati fuq il-karatteristiċi tossikoloġiċi inerenti u l-kwantità (doża) li tittieħed minn organiżmu (bnedmin jew annimal).
Wieħed mill-objettivi ewlenin fl-identifikazzjoni ta’ periklu huwa li tiġi stabbilizzata “relazzjoni bejn id-doża u l-effett”, abbażi ta’ studji tossikoloġiċi. Billi jsir dan, jista’ jiġi determinat limitu tad-doża fejn taħt dan il-limitu wieħed jassumi li mhu se jkun hemm l-ebda effett avvers, u ogħla minnu, ir-riskju potenzjali jeħtieġ li jiġi kkontrollat u ġestit permezz ta’ eż. mitigazzjoni tal-esponiment.
Tradizzjonalment għas-sustanzi kimiċi, dawn il-limiti tad-doża jiġu espressi bħala konċentrazzjoni massa jew konċentrazzjoni f’numri (għall-fibri). Riċerka xjentifika wriet li għan-nanopartikoli, unitajiet oħra, pereżempju l-erja tas-superfiċje tagħhom tista’ tkun mod aħjar ta’ kif tiġi deskritta t-tossiċità fejn il-limitu tad-doża jista’ jiġi espress f’unitajiet tal-erja tas-superfiċje.
Further reading
- RIVM Report 2010, "Impact of agglomeration state of gold particles on pulmonary toxicity"
- IOM/Danish EPA Report 2013, "Dermal Absorption of Nanomaterials"
- Danish EPA Report 2014, "Environmental fate and behaviour of nanomaterials"
- Swedish KEMI Report 2016, "Interactions between inhaled nanomaterials and biomolecules in the lung – a study of the risks of systemic effects"
- Swedish KEMI Report 2016, "Nanomaterials and genotoxicity – a literature review"
- Swedish KEMI Report 2016, "Uptake and biodistribution of nanoparticles – a review"
- SCCS opinion 2015, "Revision of the opinion on Hydroxyapatite (nano)"
- SCCS opinion 2015, "Revision of the opinion on Silica, Hydrated Silica, and Silica Surface Modified with Alkyl Silylates (nano form)"
- SCCS Opinion 2016, "Revision of the opinion on 2,2’-Methylene-bis-(6-(2H-benzotriazol-2-yl)-4-(1,1,3,3-tetramethylbutyl)phenol)(nano form) Submission III (S79)"
Categories Display
Route: .live2