Riċerka dwar għodod u gwida ġodda

L-UE investiet riżorsi fir-riċerka avvanzata dwar is-sigurtà tan-nanomaterjali. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ għodod u gwida ġodda għall-valutazzjoni tal-esponiment għan-nanomaterjali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Dawn l-iżviluppi ser jippermettu lir-regolaturi, lill-industrija, u lill-professjonisti tas-saħħa u s-sigurtà biex inaqqsu l-inċertezzi eżistenti li hemm dwar il-kejl tal-esponiment u l-valutazzjoni tan-nanomaterjali. Dawn ser ikunu wkoll aktar mgħammra biex jibqgħu fuq quddiem ta’ kwistjonijiet emerġenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom meta jiġu żviluppati nanomaterjali u metodi ta’ manifattura ġodda.

Proġetti ta’ riċerka Ewropej jistgħu wkoll jidentifikaw sfidi ġodda li għadhom mhumiex riflessi fil-gwida attwali jew jiżviluppaw għodod esperimentali ġodda għall-kejl u l-kontroll tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol għan-nanomaterjali. Hekk kif javvanzaw dawn il-proġetti, xi wħud mir-riżultati tagħhom jistgħu jiġu adottati mill-awtoritajiet u mill-industrija biex itejbu l-valutazzjoni tal-esponiment u l-immaniġġjar tar-riskji tan-nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol.

Lista mhux sħiħa ta’ proġetti ta’ riċerka f’dan il-qasam tista’ tinstab hawn taħt.

 

More information