L-ambjent

Illum qed naffaċċjaw sfidi ambjentali serji, bħal theddid għal arja nadifa u ilma tax-xorb u sa ħamriji b’saħħithom. In-nanomaterjali juru potenzjal kbir sabiex l-applikazzjonijiet fl-arja u fit-trattament tal-ilma jnaqqsu it-tniġġis b’mod aktar effettiv. X’benefiċċji diġà qed iġibu lis-soċjetà, u x’nistgħu nistennew minn żviluppi fil-futur?

Hemm diversi modi kif in-nanomaterjali u n-nanoteknoloġija jistgħu jgħinuna nindirizzaw u nipprovdu soluzzjonijiet għal xi wħud mill-isfidi ambjentali globali li qed naffaċċjaw. Xi wħud minn dawn it-teknoloġiji diġà jeżistu, filwaqt li oħrajn għadhom qed jiġu żviluppati.

Applikazzjonijiet eżistenti jinkludu:

  • ir-rimedju ta’ ilma kkontaminat minn metalli tqal;
  • it-tneħħija tal-inkwinanti mill-egżost tal-magni tal-karozi permezz tal-użu ta’ nanomaterjali ta’ erja tas-superfiċje għolja f’konverters katalitiċi;
  • l-użu ta’ addittivi ta’ fjuwil ibbażati fuq in-nanomaterjali sabiex titjieb l-effiċjenza tal-kombustjoni tal-fjuwil
  • it-tindif ta’ tixrid ta’ żejt;
  • it-tnaqqis tal-emissjonijiet u tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-użu ta’ materjali bbażati fuq in-nanoteknoloġija aktar ħfief;
  • uċuħ li jitnaddfu waħidhom b’kapaċità li jkissru l-inkwinanti.

In-nanomaterjali u n-nanoteknoloġija wkoll jista' jkollhom rwol fil-ġenerazzjoni u fil-ħażna ta’ enerġija nadifa, potenzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karobju mill-ħruq ta’ karburanti fossili. In-nanomaterjali jistgħu jintużaw biex itejbu l-effiċjenza tal-pannelli solari u fil-manifattura ta’ batteriji ta’ kapaċità għolja li jiffaċilitaw il-ħażna tal-elettriku, u jippermettu għall-manifattura ta’ karozzi elettriċi b’meded ta’ sewqan itwal.

Bħall-materjali u t-teknoloġiji ġodda kollha, hemm perikli u riskji potenzjali li jeħtieġ li jiġu studjati u vvalutati sabiex jippermettu lis-soċjetà tagħna tieħu vantaġġ mill-benefiċċji tan-nanomaterjali filwaqt li titnaqqas kwalunkwe ħsara potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.