L-imballaġġ tal-ikel

Illum, wieħed mill-oqsma ta’ applikazzjoni importanti tan-nanomaterjali fi ħdan is-settur tal-ikel huwa fl-iżvilupp tal-imballaġġ tal-ikel tagħna. Minbarra li jipprovdu materjal eħfef u aktar durabbli bħal kontenituri u fliexken tal-plastik, in-nanomaterjali jistgħu jintużaw ukoll biex jipprevjenu t-taħsir tal-ikel.
 

L-użu tan-nanomaterjali biex jiġi ppreservat l-ikel u jinżamm sigur mill-batterji

Il-materjali tal-imballaġġ tal-ikel normalment ikunu magħmula mil-plastik. L-iżvantaġġ ewlieni tagħhom huwa n-nuqqas ta’ ħila tagħhom li jwaqqfu gassijiet bħall-ossiġenu u molekuli żgħar oħra mill jipprenetraw u jilħqu l-ikel. Iż-żieda ta’ nanomaterjali bħal nanotafal, nitrur tat-titanju jew diossidu tat-titanju tista’ ttejjeb il-proprjetajiet ta’ materjal, billi pereżempju, tagħmlu eħef u aktar b’saħħtu. Barra minn hekk, in-nanomaterjali jistgħu jipprevjenu l-gassijiet u d-dawl milli jidħlu fl-imballaġġ u jikkawżaw degradazzjoni, u dawn jistgħu wkoll ikollhom proprjetajiet kontra l-mikrobiċi – li jikkontribwixxi biex l-ikel jibqa’ frisk matul perjodu ta’ ħżin twal u sigur minn batterji li jagħmlu l-ħsara.
 

Qed isseħħ innovazzjoni biex jinħolqu materjali aktar sostenibbli fl-industrija tal-imballaġġ tal-ikel

Iċ-ċelluloża hija waħda mill-aktar materjali abbundanti li tinstab fin-natura, li tista’ tiġi estratta mill-pjanti u mis-siġar. Ir-riċerkaturi żviluppaw membrani komposti bijodegradabbli minn nanopartikuli taċ-ċelluloża. Ir-riċerka tissuġġerixxi li dawn ir-riti bbażati fuq il-bijoloġija jistgħu jwaqqfu l-ilma milli jidħol fl-imballaġġ, iżommu l-ikel frisk minn batterji li jagħmlu l-ħsara, u potenzjalment jestendu l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa. Dan ifisser li l-bijoriti jistga' jkollhom applikazzjonijiet fl-industrija tal-imballaġġ tal-ikel għat-tnaqqis ta’ ħela tal-ikel u mard li jittieħed mill-ikel, għalkemm it-tossiċità potenzjali tagħhom għadha ma ġietx studjata bis-sħiħ.

Ir-riċerkaturi qegħdin jiżviluppaw ukoll imballaġġ “intelliġenti” li juża sensuri ta’ daqs nano sabiex tiġi mmonitorjata l-kundizzjoni tal-ikel. Ġiet żviluppata varjetà kbira ta’ ditekters ibbażati fuq nanopartikuli għall-identifikazzjoni ta’ kontaminanti fl-ikel. Meta kontaminant jiġi f’kuntatt man-nanopartikuli, isseħħ reazzjoni bejn in-nanomaterjal u l-kontaminant li tagħtik sinjal viżwali biex twissik li l-ikel tħassar. Dawn in-nanosensuri jistgħu jintużaw mill-fornituri biex jindikaw il-kundizzjoni tal-ikel lill-konsumaturi.
 

Il-migrazzjoni tan-nanomaterjali fl-ikel

Ir-riskju għall-konsumaturi mill-użu tan-nanoteknoloġija fl-imballaġġ tal-ikel huwa relatat mal-migrazzjoni potenzjali tan-nanomaterjali fl-ikel. Attwalment, id-data dwar il-migrazzjoni hija limitata ħafna, iżda s’issa d-data disponibbli wriet livelli baxxi ħafna ta’ migrazzjoni. Bosta applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġija għadha qed issir riċerka dwarhom, iżda ftit diġà huma permessi fis-suq mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, bħan-nitrur tat-titanju fi fliexken tal-polietilentereftalat (PET). In-nanomaterjali li jintużaw fl-imballaġġ tal-ikel fl-Ewropa għandhom jiġu vvalutati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom. Nitrur tat-titanju f'daqs nano huwa fost il-ftit nanomaterjali approvati u dan jintuża bħala addittiv fil-fliexken tal-plastik.