-
Regolament
- Attivitajiet internazzjonali
- Skemi ta' rapportar nazzjonali
- L-attivitajiet tal-ECHA dwar in-nanomaterjali skont REACH u CLP
- Ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR) u n-nanomaterjali
- Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ta' REACH u l-metodi disponibbli
- Il-kożmetiċi
- L-ikel
- L-apparat mediku
- Il-protezzjoni tal-ħaddiem
Il-protezzjoni tal-ħaddiem
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiem tapplika għas-sustanzi kimiċi u għalhekk għan-nanomaterjali wkoll, għalkemm ma tirreferix b’mod espliċitu għal dawn il-materjali. Ta’ rilevanza partikulari hemm id-Direttiva Qafas 89/391/KEE, id-Direttiva dwar l-Aġenti Kimiċi 98/24/KE, u d-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni 2004/37/KE, kif ukoll ir-regolamenti REACH u CLP. Dan ifisser li bil-liġi, l-impjegaturi huma meħtieġa li jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji tas-sustanzi kimiċi, inkluż in-nanomaterjali, fuq il-post tax-xogħol. Imbagħad għandhom jittieħdu azzjonijiet biex kemm jista’ jkun jitneħħew jew jitnaqqsu r-riskji. L-ewwel miżuri li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-eliminazzjoni tar-riskju jew is-sostituzzjoni għal materjali u proċessi inqas perikolużi. Jekk dawn ma jkunux possibbli, l-esponiment għall-ħaddiema għandu jiġi mminimizzat permezz ta’ prevenzjoni filwaqt li tiġi segwita l-ġerarkija ta’ miżuri ta’ kontroll, li tagħti prijorità lil:
- miżuri ta’ kontroll tekniċi fis-sorsl
- miżuri organizzattivi; u
- tagħmir protettiv personali, li għandu jiġi kkunsidrat biss bħala l-aħħar soluzzjoni.
Din is-sitwazzjoni għandha tiġi mmonitorjata u l-effettività tal-passi mittieħda għandha tiġi riveduta regolarment.
Għalkemm għad hemm bosta inċertezzi, hemm tħassib dwar il-perikli tas-sigurtà u tas-saħħa tan-nanomaterjali. Għalhekk, l-impjegaturi flimkien mal-ħaddiema għandhom japplikaw approċċ ta’ prekawzjoni għal immaniġġjar tar-riskji u l-għażla ta’ miżuri ta’ prevenzjoni.