UNEP u UNITAR

United Nations logo

UNEP u UNITAR għandhom fokus qawwi fuq il-bini tal-kapaċità bejn pajjiżi żviluppati u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

Flimkien mal-Programm Inter-Organizzazzjoni għal Maniġġjar Tajjeb ta’ Sustanzi Kimiċi (IOMC, Inter-Organisation Programme for the Sound Management of Chemicals), matul l-aħħar ħames snin ġew organizzati diversi sessjonijiet ta’ ħidma reġjonali bl-għan li jżidu l-għarfien dwar kif issir valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskji fuq dawn il-materjali f’livell nazzjonali.

Ix-xogħol tagħhom ipprovda wkoll opportunità għall-pajjiżi biex jikkontribwixxu finanzjarjament biex iżidu l-kapaċità tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw kwistjonijiet dwar is-sigurtà tan-nano.