Rapporti
Rapporti xjentifiċi
L-objettiv ta’ dan l-istudju kien analiżi komprensiva tal-mudelli komputazzjonali disponibbli u l-metodi in silico u l-għodod għall-valutazzjoni tal-periklu u tar-riskju tan-nanomaterjali permezz ta’ analiżi sistematika tal-letteratura, intervisti ma’ esperti fil-qasam u l-iżvilupp ta’ studji ta’ każijiet rilevanti.
L-istudju ġie kkummissjonat mill-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON). L-EUON huwa ospitat u miżmum mill-ECHA u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju twettaq minn NovaMechanics Ltd., Nikosija (Ċipru).
Pubblikazzjoni: Ottubru 2023
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
L-iskop tal-istudju kien li titwettaq analiżi komprensiva tal-letteratura dwar Metodoloġiji ta’ Approċċ Ġodda (NAMs) speċifiċi għan-nanomaterjali fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bniedem u li jitħejja inventarju tal-NAMs disponibbli li jidentifika dawk ivvalidati, dawk li attwalment qed jiġu vvalidati u l-metodi l-aktar promettenti li jridu jiġu vvalidati għall-ittestjar tan-nanomaterjali.
L-istudju ġie kkummissjonat mill-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON). L-EUON huwa ospitat u miżmum mill-ECHA u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju twettaq minn QSAR Lab Ltd., Gdańsk (il-Polonja).
Pubblikazzjoni: Awwissu 2023
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Permezz ta’ analiżi estensiva tal-letteratura kkomplementata b’stħarriġiet rispettivi minn esperti rilevanti u l-OECD, l-istudju jipprovdi informazzjoni dwar l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, il-lakuni eżistenti, u l-ħtiġijiet ta’ riċerka għall-(bijo)degradazzjoni u l-persistenza tan-nanomaterjali u l-kisjiet organiċi rilevanti tagħhom. Jeżamina wkoll l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku attwali għal nanomaterjali sikuri sa mid-disinn (SbD).
L-istudju ġie kkummissjonat mill-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON). L-EUON huwa ospitat u miżmum mill-ECHA u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju twettaq minn NovaMechanics Ltd., Nikosija (Ċipru).
Pubblikazzjoni: Diċembru 2022
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Permezz ta’ analiżi sistematika tal-letteratura, l-istudju jivvaluta l-impatt potenzjali tal-grafen, tal-ossidu tal-grafen u ta’ materjali 2D oħra fuq is-saħħa u l-ambjent.
L-istudju “Assessment of the potential impact of graphene, graphene oxide and other 2D materials on health, and the environment” (Valutazzjoni tal-impatt potenzjali tal-grafen, l-ossidu tal-grafen u materjali 2D oħra dwar is-saħħa, u l-ambjent) ġie kkummissjonat mill-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON).
L-EUON jipprovdi informazzjoni dwar nanomaterjali eżistenti fis-suq tal-UE u huwa ospitat u miżmum mill-ECHA u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju twettaq minn Innovamol Consulting Srl, Modena (l-Italja).
Pubblikazzjoni: Diċembru 2022
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Fl-2021, l-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON) ikkummissjona studju dwar is-suq tal-Unjoni Ewropea għan-nanomaterjali, li twettaq minn NovaMechanics Ltd.
L-istudju jipprovdi lista ta’ nanomaterjali li attwalment jinsabu fis-suq u jidentifika operaturi ewlenin tas-suq. Jipprevedi wkoll it-tkabbir fis-suq Ewropew tan-nanomaterjali matul il-perjodu tal-2021 – 2025. Minħabba li l-istudju twettaq qabel il-kriżi li rriżultat mill-gwerra fl-Ukrajna, l-impatt tiegħu fuq ir-riżultati tal-istudju mhuwiex magħruf.
L-EUON huwa ospitat u miżmum mill-ECHA u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju twettaq minn NovaMechanics Ltd., Nikosija (Ċipru).
Pubblikazzjoni: Novembru 2022
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Ir-rapport, intitolat “Study on the Product Lifecycles, Waste Recycling and the Circular Economy for Nanomaterials” (Studju dwar iċ-Ċikli tal-Ħajja tal-Prodott, ir-Riċiklaġġ tal-Iskart u l-Ekonomija Ċirkolari għan-Nanomaterjali) ġie kkummissjonat mill-Osservatorju għan-Nanomaterjali tal-Unjoni Ewropea (EUON), li huwa ospitat u miżmum mill-ECHA. L-EUON jipprovdi informazzjoni dwar nanomaterjali eżistenti fis-suq tal-UE. Huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istudju sar mill-RPA Europe.
Pubblikazzjoni: Novembru 2021
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Dan l-istudju jinvestiga l-perċezzjoni pubblika tan-nanomaterjali manifatturati bħala grupp, u l-użu tagħhom fi prodotti differenti tal-konsumatur flimkien mad-drawwiet tax-xiri, il-fiduċja fl-awtoritajiet, is-sorsi tal-informazzjoni ppreferuti u r-rekwiżiti tat-tikkettar fost il-popolazzjoni ġenerali f’ħames pajjiżi Ewropej – l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Finlandja, Franza u l-Polonja.
Pubblikazzjoni: Novembru 2020
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
L-istudju ġabar, evalwa u ġabar fil-qosor l-għarfien disponibbli dwar il-penetrazzjoni dermali u l-assorbiment tan-nanomaterjali użati fi prodotti tal-konsumatur u ambjenti okkupazzjonali. Dan kopra data sperimentali inklużi studji vivo u ex vivo. Ġiet investigata wkoll l-influwenza ta’ ġilda danneġġata versus intatta u ta’ strutturi u metodi sperimentali differenti. Il-karatteristiċi tan-nanomaterjali, inkluż id-daqs tal-partikoli u l-karga superfiċjali, ġew analizzati wkoll. Il-fokus kien fuq materjali b’rati baxxi ta’ dissoluzzjoni.
Pubblikazzjoni: Mejju 2020
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Dan l-istudju wettaq rieżami kritiku tal-għarfien attwali minn studji bl-ittestjar ta’ nanomaterjali manifatturati għal tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp. Ġew identifikati bażijiet ta’data rilevanti tal-letteratura u termini ta’ tiftix rilevanti, u sar tiftix fil-letteratura sabiex jiġu identifikati pubblikazzjonijiet b’data in vivo fejn in-nanomaterjali manifatturati ġew ittestjati għat-tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp bl-użu ta’ rotta ta’ esponiment rilevanti għall-esponiment tal-bniedem.
Pubblikazzjoni: April 2020
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Dan l-istudju jippreżenta l-analiżi tad-definizzjonijiet tal-letteratura għal nanomaterjali tal-“ġenerazzjoni li jmiss” u jissuġġerixxi xi rfinar għall-ħolqien ta’ inventarju ta’ nanomaterjali tat-tieni ġenerazzjoni u dawk ta’ ġenerazzjoni ogħla, kemm fis-suq kif ukoll mistennija fis-suq fil-ħames snin li ġejjin. Dan jivvaluta l-adattabbiltà tat-termini “sustanza”, “taħlita” u “oġġett” ta’ REACH u CLP kif ukoll il-parametri ta’ karatterizzazzjoni u identifikazzjoni inklużi fl-Annessi emendati ta’ REACH f’dak li jirrigwarda n-nanomaterjali tal-ġenerazzjoni li jmiss.
Pubblikazzjoni: Settembru 2019
Ir-rapport jirrieżamina l-użu sikur ta’ pigmenti ta’ daqs nanometriku meta jintużaw minn professjonisti, ħaddiema jew konsumaturi. Sar tiftix estensivi tal-letteratura flimkien ma’ analiżi ta’ data minn nanoinventarji nazzjonali biex tiġi identifikata s-sitwazzjoni attwali. Ir-rapport jipprovdi lista ta’ pigmenti ta’ daqs nanometriku li attwalment huma identifikati fis-suq tal-UE u jiddiskuti r-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom fiż-żebgħa, il-kisi, l-iskariki tat-toner tal-istampaturi, il-prodotti tal-kura personali, it-tatwaġġi kif ukoll użi potenzjali oħra tan-nanopigmenti.
Pubblikazzjoni: Settembru 2018.
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Ir-rapport jippreżenta r-riżultati ta’ rieżami kritiku dwar ir-rilevanza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data, il-metodi, il-parametri u l-fatturi determinanti għall-produzzjoni ta’ studji tas-suq dwar nanomaterjali manifatturati fl-UE. Dan iservi bħala bażi għat-twettiq u l-produzzjoni ta’ studji ġodda dwar in-nanomaterjali fis-suq tal-UE. Jibda bl-analiżi tas-sorsi tad-data, il-metodi u l-parametri diġà użati għal dawn l-istudji tas-suq, u jidentifika, jipproponi, u janalizza kombinazzjoni ottimali ulterjuri ta’ dawn is-sorsi tad-data, il-metodi, il-parametri u l-fatturi determinanti.
Pubblikazzjoni: Lulju 2018
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]
Rapporti amministrattivi
L-evalwazzjoni ex post tivvaluta l-osservatorju skont l-effettività, il-koerenza, il-valur miżjud tal-UE u l-utilità tal-Osservatorju biex ikun hemm fehim ta’ sa liema punt laħaq l-objettivi ewlenin tiegħu u x’kien il-valur miżjud għall-partijiet ikkonċernati tiegħu, nuqqasijiet potenzjali li għandhom jiġu indirizzati kif ukoll fatturi ta’ suċċess.
Pubblikazzjoni: Lulju 2019
- Ir-rapport sħiħ [PDF] [EN]